Aġġornata: Ħabta bejn vann u l-karozza tal-Prim Ministru

Vann ħabat mal-karozza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, illum waranofsinhar fil-Marsa.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ fi Triq Diċembru 13, madanakollu ma tatx dettalji dwar min kien involut fl-inċident.
Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġie kkonfermat li l-karozza tiegħu kienet involuta fl-imsemmi inċident.
Spjegaw li l-vann baqa' dieħel fil-karozza minn wara waqt li kienet wieqfa fuq traffic lights tistenna biex xi nies jaqsmu t-triq.
Irrimarkaw li l-Prim Ministru ma kienx fil-karozza fil-ħin tal-inċident, hekk kif ix-xufier tal-karozza tal-Prim Ministru kien għadu kif mar jagħti l-fjuwil lill-karozza.
Il-Pulizija waslu fuq il-post ftit tal-ħin wara.
Ix-xufier sofra ġrieħi ħfief f'saqajh.