Aġġornata: 2 gravi f’ħabta bejn trakk u karozza

aċċident mutur San Ġiljan

Żewġ persuni weġġgħu gravi f’ħabta bejn trakk u karozza f’Birżebbuġa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3 pm fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa. It-trakk kien misjuq minn raġel ta’ 60 sena minn Ħal-Qormi. Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena li joqgħod il-Belt Valletta.

Fi stqarrija maħruġa aktar tard, il-Pulizija qalet li ż-żewġ vetturi kienu ġejjin kontra xulxin meta ħabtu. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex joħorġu liż-żagħżugħ li nqabad fil-karozza. Iż-żewġ persuni nvoluti fl-inċident weġġgħu gravi u ttieħdu l-isptar Mater Dei.