Aġġornata: Ħabta bejn trakk u karozza f’San Pawl il-Baħar; 2 l-isptar

Ħabta bejn karozza u trakk f’San Pawl il-Baħar wasslet sabiex żewġ sewwieqa jittieħdu l-isptar.

L-inċident seħħ f’12.15pm fi Triq Burmarrad. Il-Pulizija sabu li l-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa min mara ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar u trakk misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, filwaqt l-mara ndarbet ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Iż-żona tat-Tarġa Gap – Google Maps