Ħabta bejn trakk u ferrovija fl-Italja; 2 mejta

Train crash

Żewġ persuni nqatlu u 18 oħra ndarbu wara li ferrovija baqgħet dieħla fi trakk li kien wieqaf fuq il-linja tal-ferrovija minn fejn kienet għaddejja fl-Italja.
Skont ANSA, l-inċident seħħ il-lejl li għadda f’Turin.
Iż-żewġ vittmi tal-inċident, huma x-xufier tal-ferrovija, li kellu 61 sena u x-xufier ta’ vann, Rumen ta’ 64 sena, li kien qed jeskorta t-trakk li kien qed iġorr daqs eċċessiv ta’ tagħbija.
Mara oħra qed tissielet għal ħajjitha.
Ix-xufier tat-trakk li ġej mil-Litwanja qed jiġi investigat talli allegatament ikkawża diżastru fuq il-linji tal-ferrovija.
Ritratt: Ansa