Mara fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet ma’ trailer fix-Xemxija

Aġġornat 07:18 PM

Read in English.

Ħabta bejn trailer u karozza fix-Xemxija wasslet sabiex mara tittieħed l-Isptar Mater Dei. Hija tinsab fil-periklu tal-mewt.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt. Hu spjega li l-inċident seħħ fis-2.20pm fi Triq Għajn Tuffieħa. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 69 sena mis-Swieqi u trailer misjuq minn żagħżugħ ta’ 21 sena miż-Żurrieq.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lill-mara mill-karozza. Peress li kellha ġrieħi sostanzjali, il-Pulizija żammet it-triq magħluqa għal xi ħin.

Il-Maġistrat A. Demicoli fetħet inkjesta fuq l-inċident, filwaqt li l-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra għaddejjin bl-investigazzjonijiet.