Mara ta’ 26 sena minn Wied il-Għajn sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fiż-Żejtun. L-inċident, li fih kienu involuti tliet karozzi, seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas.
Waħda mill-karozzi kienet misjuqa minn raġel ta’ 44 sena miż-Żurrieq u l-oħra minn raġel ta’ 41 sena miż-Żejtun.
Kawża tal-impatt bejn iż-żewġ vetturi, intlaqtet vettura misjuqa mill-mara li weġġgħet.
Fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili.