Ħabta bejn tliet karozzi fi Triq Reġjonali

Tliet karozza daħlu f’xulxin fi Triq Reġjonali fid-direzzjoni lejn il-Marsa.
L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu, ftit qabel it-triq li tagħti għal Ħal Qormi jew il-Ħamrun.
Kelliem għall-Pulizija qal li jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident tant li qed jieħdu ħsiebu l-Gwardjani Lokali.