Filmat: Ħabta bejn tliet karozzi fi Triq il-Kosta

Żewġ persuni weġġgħu f'ħabta bejn tliet karozzi fi Triq il-Kosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 pm hekk kif karozza ġejja minn Triq il-Kosta fid-direzzjoni ta' Pembroke kisret lejn it-telgħa tal-Madliena bil-konsegwenza li daħlet f'karozza oħra li minn Pembroke kienet sejra fid-direzzjoni ta' Baħar iċ-Ċagħaq.

Karozza oħra li kienet tielgħa minn Triq il-Kosta daħlet fil-karozza waqt li kienet qed tikser.

Il-pulizija u tim mediku mill-isptar Mater Dei marru immedjatament fuq il-post.

Tnejn mis-sewwieqa ttieħdu l-isptar permezz ta' ambulanza minħabba l-ġrieħi li ġarrbu. Il-kundizzjoni tas-sewwieqa għadha mhix magħrufa.

Is-sewwieq l-ieħor ma ġarrab l-ebda ġrieħi u jinsab fuq il-post tal-inċident.

Dan l-inċident wassal għal konġestjoni tat-traffiku minn Pembroke fid-direzzjoni ta' Baħar iċ-Ċagħaq, minħabba li l-parti tat-triq fejn seħħ l-inċident tinsab magħluqa.

 

Filmat: Samuel Vella fuq info@newsbook.com.mt