Ħabta bejn tal-linja u karozza; raġel l-isptar

Arkivji

Karozza tal-linja ħabtet ma’ karozza fl-Imqabba bil-konsegwenza li s-sewwieq tal-karozza ttieħed l-isptar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 am fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena minn Ħal Luqa li ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa weġġa’ ħafif. Ix-xarabank kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena mill-Filippini. La hu u lanqas il-passiġġieri tiegħu ma weġġgħu.