Aġġornata: Xufier tal-linja jweġġa’ ħafif f’ħabta ma’ karozza

Xufier ta' karozza tal-linja ġarrab ġrieħi ħfief f'ħabta ma' karozza fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm ħdejn ir-roundabout magħrufa bħala tas-sulfarini.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li x-xufier ittieħed f'ċentru tas-saħħa għall-kura.