Aġġornata: Gravi ż-2 persuni li ħabtu bi quadbike fin-Naxxar

Kien hemm ħabta bejn quadbike u vettura fin-Naxxar, u ż-żewġ persuni li kienu rekbin fuq il-quadbike ttieħdu l-isptar, fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-inċident ġara fil-11.15am fi Triq is-Salini, u t-triq li twassal għal Buġibba ngħalqet għat-traffiku għal xi ħin.

Iż-żewġ persuni li kienu rekbin huma mara u raġel Ingliżi ta’ 38 u 39 sena. Huma t-tnejn ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn irriżulta li jinsabu fi stat gravi. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 45 sena min-Naxxar li ma kellhiex bżonn assistenza medika.