Filmat: 3 itfal l-isptar; ħabta bejn 6 karozzi f’San Pawl il-Baħar

Ħabta bejn 6 karozzi ġrat fejn r-roundabout tal-Erba’ Mwieżeb f’San Pawl il-Baħar għall-ħabta tas-6.10pm.

3 itfal ta’ 7 snin, 10 snin u 11-il sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Huma sofrew minn ġrieħi ħfief.

Marru l-isptar ukoll żewġ anzjani ta’ 69 u 70 sena, kif ukoll mara ta 41 sena. Huma wkoll sofrew minn ġrieħi ħfief. Dan ġie konfermat ma Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija.

Bħalissa hemm ħafna traffiku fil-bypass ta’ Buġibba direzzjoni lejn San Pawl b’kawża ta’ din il-ħabta.