Filmat: Ħabta bejn 4 vetturi fil-mina ta’ Santa Venera

Erba’ vetturi kienu involuti f’ħabta fil-mina ta’ Santa Venera. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:45am.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ bejn żewġ karozzi u żewġ vannijiet. Sewwieq ta’ karozza minnhom ittieħdet l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Skont sors li tkellem ma’ Newsbook.com.mt minħabba l-inċident inġema’ t-traffiku fid-direzzjoni lejn il-Kappara.

 

 

Filmat: Luke Zerafa