Aġġornata: Żagħżugħ gravi wara li ħabat bil-mutur

CMRU

Żagħżugħ indarab gravi f’ħabta bejn mutur u karozza tul il-lejl.

Dan ġara fis-1.40am fi Triq Għajn Tuffieħa f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel li kien qed isuq il-mutur, li għandu 21 sena u hu residenti s-Swieqi, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar. Dan ma kellux bżonn għajnuna medika.