Ħabta bejn mutur u vann; żagħżugħ gravi

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.
Kien għall-ħabta tas-7.15pm, meta seħħet il-ħabta bejn il-mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Fgura u vann misjuq minn raġel ta’ 48 sena minn Ħal Qormi.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru f’Dawret il-Gudja u ħa liż-żagħżugħ Mater Dei b’ambulanza.