Ħabta bejn mutur u trakk fis-Siġġiewi

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Raġel li kien qed isuq mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ trakk fis-Siġġiewi.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq l-Imqabba għall-ħabta tas-2:30 pm.

Is-sewwieq tal-mutur għandu 56 sena u joqgħod l-Imtarfa. Huwa ħabat ma’ trakk misjuq minn żagħżugħ ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.