Nolan iż-żagħżugħ li miet f’Ħal Luqa; ir-restorant fejn jaħdem jagħlaq

Nolan Farrugia tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident bejn mutur u trakk fit-telgħa ta’ Ħal Luqa.

Iż-żagħżugħ kellu 21 sena u kien mis-Siġġiewi, filwaqt li s-sewwieq tat-trakk għandu 56 sena u hu residenti Ħal Għaxaq.

https://www.facebook.com/vecchianapolimalta/posts/2591068624267443?__xts__%5B0%5D=68.ARAOsQKhY3lDeLCzrUbP11PrNogsOQcx8IAaQy_AARjsfKRd4dHmIY-6Oq1sgiyzxUGEFMyO2IKQep0Whd-F7nDN4KEoIng4k0c4UHM1whwl6wqgaTtM3hpNXYTnSAbfqUeby9OKy6LESq4h0as1w0s8PNQdZ7kqPB2EXdIAjEr0oCPlni0ngrbpfNl51ApVvgeD2hLPZiO-4TtH7Jx0lesqw1xPauXNdbLfkGYUSxJmib-M9BpJQIBuiaV-oTB-cmczclxuSpcuRU5O5Ihjtm721NxsYURHTPuBxuBy_CFjXOvT3CvDHoFBFIaB6HhFdQMvJQ3YWo1k3VaGX3cCiA&__tn__=-R

Jidher li Nolan kien fi triqtu lejn ir-restorant fejn jaħdem, li llum għalaq għall-kumplament tal-jum b’rispett lejn Nolan, li jidher li kien maħbub sew. Ħafna huma ħbiebu li kitbu kemm iddispjaċiehom fuq Facebook, fosthom sħabu l-abbatini, għaliex hu kien jagħmel parti mill-għaqda tal-abbatini u anke taż-żgħażagħ fis-Siġġiewi.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li huma ġew infurmati bl-inċident fl-10am. Il-ħabta ġrat fi Triq Ħal Qormi.

Intbagħtet ambulanza fuq il-post, u uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iżda ż-żagħżugħ ġie ċċertifikat mejjet hemmhekk stess.

It-triq ingħalqet għat-traffiku.

Il-Maġistrat Gabriella Vella qiegħda tmexxi l-inkjesta.