Ħabta bejn mutur u trakk fiż-Żejtun

Aktar kmieni llum wara nofsinhar għall-ħabta tas-12:40 kien hemm ħabta fi Triq San Anard fiż-Żejtun, qrib Bulebel bejn trakk u mutur.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li s-sewwieq tal-mutur ġarrab xi ġrieħi ħfief u għalhekk issejħet ambulanza fuq il-post.

Is-sewwieq tal-mutur hu Żabbari ta’ 45 sena, filwaqt li r-raġel li kien qed isuq it-trakk għandu 34 sena u hu resident f’Santa Venera.

Il-paġna ta’ Facebook Maltese Roads Traffic Updates wissiet li qed jinġema’ t-traffiku fl-inħawi fejn sar l-inċident.