Jinqaleb bil-mutur; iweġġa’ gravi

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi meta tilef il-kontroll u nqaleb f’Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm fi Triq Reġjonali.
Is-sewwieq tal-mutur, ta' 40 sena minn Ħal Qormi ttieħed l-isptar b'ambulanza.
Aktar kmieni kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li f'dan l-inċident kienet involuta wkoll karozza, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 67 sena mill-Pietà.
Il-ħabta wasslet għal konġestjoni tat-traffiku fid-direzzjoni ta’ Santa Venera.
Ritratt: MRTU