Ħabta bejn mutur u karozza; sewwieq iweġġa’

Sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ f’ħabta ma’ karozza fl-Imrieħel.
Ma’ Newsbook.com.mt, kelliema għall-Pulizija qalet li fil-5:20pm kien hemm ħabta bejn il-mutur u karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Għargħur.  
L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.