Ħabta bejn mutur u karozza; raġel l-isptar

Read in English.

Għall-ħabta tas-sitta neqsin għaxra dalgħodu, kien hemm ħabta bejn mutur u karozza fi Triq San Pietru fil-Fgura.

Jidher illi s-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 44 sena, weġġa’ serjament u ttieħed l-isptar, filwaqt li dak tal-karozza, żagħżugħ ta’ 19-il sena, ma weġġax gravi. Iż-żewġ irġiel huma residenti l-Fgura.