Raġel ta’ 56 sena minn San Ġwann weġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karozza f’Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45pm fil-Marsa-Ħamrun Bypass, bejn il-mutur misjuq mir-raġel u karozza misjuqa minn mara ta’ 47 sena li tgħix Ħal Għaxaq.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mir-raġel
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-distrett għadhom għaddejjin.