Ħabta bejn mutur u karozza; tnejn gravi

Żewġt irġiel weġġgħu gravi f'inċident tat-traffiku fi Gwardamanġa.
Il-ħabta seħħet għall-ħabta tal-11am fi Triq San Luqa, meta sewwieq ta' mutur ħabat ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena miż-Żurrieq.
Is-sewwieq ta' mutur ta’ 52 sena minn Ħal Balzan u raġel ta' 43 sena minn Tas-Sliema li kien passiġġier miegħu, weġġa’ gravi wkoll.