Ħabta bejn mutur u karozza; raġel gravi

Miguela Xuereb

Sewwieq ta’ mutur ta’ 39 sena mir-Rabat weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat stess.

Il-ħabta seħħet għall-ħabta tad-9am fi Triq il-Belt Valletta, bejn il-mutur u karozza.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.