Ħabta bejn mutur u karozza; raġel gravi

Sewwieq ta’ mutur ta’ 30 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Tal-Balal, limiti tal-Iklin direzzjoni lejn San Ġwann. Il-ħabta seħħet bejn il-mutur u karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur li mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.