Ħabta bejn mutur u karozza; raġel gravi

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza fil-Gżira.

L-inċident seħħ ftit wara l-11.30pm fi Triq Testaferrata bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 46 sena minn Ta’ Xbiex u mutur misjuq minn Kroat ta’ 50 sena residenti n-Naxxar.

Il-Kroat ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.