Aġġornata: Isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Raġel ta’ 47 sena minn Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza quddiem id-Depot tal-Pulizija.
Passiġġiera fuq il-mutur kien hemm Ukrena ta’ 42 sena li weġġgħet ħafif.
L-inċident seħħ fid-9.30am fi Triq Kalċidonju, il-Furjana.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Pembroke.