Ħabta bejn mutur u karozza; mara l-isptar

F’ħabta bejn mutur u karozza fi Triq tal-Barrani, Ħal Tarxien, mara Taljana ta’ 26 sena, li kienet passiġġiera fuq il-mutur, indarbet u ttieħdet l-isptar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm.

Il-mutur kien misjuq minn raġel Taljan ta’ 35 sena, filwaqt li l-karozza nstaqet minn Brażiljan ta’ 50 sena, li ma ttiħdux l-isptar. Dawn ħabtu fid-direzzjoni tal-Marsa.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.