Ħabta bejn mutur u karozza l-Fgura; sewwieq l-isptar

Ian Noel Pace

Ħabta bejn mutur u karozza l-Fgura wasslet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar.

L-inċident ġara fl-4pm fi Triq Ħaż-Żabbar minn fejn kien għaddej il-mutur meta ħarġet karozza minn Triq San Pietru.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza, iżda għadu mhux magħruf jekk weġġax serjament. Huwa għandu 45 sena u joqgħod Birżebbuġa.

Il-mara, li kienet qed issuq il-karozza, ma ndarbitx. Hija għandha 31 sena u toqgħod il-Fgura.