Ritratti: Inċident f’Tas-Sliema; raġel l-isptar

Aġġornat 05:59 PM

Għall-ħabta tal-4pm fi Triq Rudolfu Tas-Sliema seħħ inċident fejn karozza Baqgħet dieħla ġo ħajt. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet is-sewwieq l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha pendenti.

Is-sewwieq huwa raġel ta’ 26 sena residenti Tas-Sliema.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident ma’ Newsbook.com.mt.

Fl-inħawi inġema ħafna traffiku minħabba dan l-inċident. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jevita din iż-żona u jsib toroq alternattivi.