Ħabta bejn mutur u karozza; is-sewwieq tal-karozza jibqa’ sejjer

Ambulanza-Mater-Dei
Miguela Xuereb

Il-lejl li għadda kien hemm ħabta bejn mutur u karozza fil-Marsa, iżda s-sewwieq tal-karozza baqa’ sejjer.

L-inċident ġara fit-8.15pm fi Triq Diċembru 13.

Is-sewwieq tal-mutur hu raġel ta’ 29 sena minn Marsaskala li kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

Is-sewwieq tal-karozza għadu ma nstabx.