Aġġornata (2): Gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Wied il-Għajn

CMRU

Raġel li kien qed isuq mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Wied il-Għajn.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fil-Bypass ta’ Wied il-Għajn, Triq Sant’Antnin, fit-7.55am.

Ir-raġel li kien qed isuq il-mutur għandu 39 sena u huwa minn Ħaż-Żabbar. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn.