Ħabta bejn mutur u karozza fl-akwati tal-Imġarr

Aġġornat 10:33 AM

Sewwieq ta’ mutur ħelisha ħafif wara inċident dalgħodu fl-Imġarr.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-inċident bejn mutur u karozza seħħ fit-8.20am fi Triq Sir Temi Zammit.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena minn San Ġwann, li ma sofriet l-ebda ġrieħi. Intant, il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 27 sena mir-Rabat, Għawdex. Hu rrifjuta l-ambulanza.