Aġġornata: Ħabta bejn mutur u karozza fix-Xewkija; raġel gravi

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li ħabat ma’ karozza fix-Xewkija.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija fis-7.30pm.

Ir-raġel li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għandu 35 sena u hu mix-Xewkija stess. Ir-raġel li kien qed isuq il-karozza huwa mix-Xewkija wkoll u għandu 45 sena. Hu ma kellux bżonn assistenza medika.