Sewwieq tal-mutur imut fix-Xemxija

Aġġornat 08:33 PM

Read in English.

Sewwieq tal-mutur miet wara li kellu inċident fit-Telgħa tax-Xemxija. Dan l-inċident seħħ fis-6.30pm meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku bejn vettura u mutur. It-triq ingħalqet għal xi ħin.

Is-sewwieq tal-mutur huwa raġel ta’ 46 sena mill-Ġermanja.

Il-vettura li kellu impatt magħha kienet Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Mellieħa li qed jiġi kkurat għax-xokk li ħa.

Kawża ta’ dan l-inċident inġema’ t-traffiku fuq iż-żewġ karreġjati li jagħtu lejn iż-żewġ direzzjonijiet opposti.