Dalgħodu kien hemm ħabta bejn mutur u karozza fis-Siġġiewi.
Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li l-ħabta ġrat fis-6.50am fin-niżla mis-Siġġiewi għal Ħaż-Żebbuġ, fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi.
Il-mutur kien misjuq minn raġel mill-Mosta ta’ 32 sena li ttieħed l-isptar għax weġġa’ saqajh. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel li joqgħod is-Siġġiewi u għandu 53 sena.
Għadu mhux magħruf jekk is-sewwieq tal-mutur weġġax gravi.