​Ħabta bejn mutur u karozza fin-Naxxar

Żagħżugħ li kien qed isuq mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
Kien għall-ħabta tat-8.30am meta seħħet ħabta head on bejn mutur u karozza fi Vjal il-Labour.
Il-pulizija u ambulanza marru immedjatament fuq il-post.
Il-pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li ż-żagħżugħ ġarrab ġrieħi ħfief.