Ħabta bejn mutur u karozza fin-Naxxar; mara l-isptar

Mara ttieħdet l-isptar wara li ndarbet f’ħabta bejn mutur u karozza.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-1.50pm mar-roundabout il-ġdida ta’ Vjal il-Labour.

Il-mutur kien misjuq minn mara ta’ 44 sena min-Naxxar, filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 57 sena min-Naxxar ukoll. Il-mara ta’ 57 sena ma weġġgħetx.