Ħabta bejn mutur u karozza fil-Mosta

Aġġornat 12:47 PM
Maltese Roads Traffic Updates (MRTU)

Seħħet ħabta bejn mutur u karozza fil-Mosta dalgħodu. Jidher li s-sewwieq tal-mutur ma sofriex ġrieħi kbar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li seħħ inċident fi Triq il-Kostituzzjoni għall-ħabta tal-10.40am.

Fuq il-post issejħet ambulanza. Madanakollu jidher li s-sewwieq tal-mutur ħelisha ħafif u kull ma ġarrab kien xi grif.