Ħabta bejn mutur u karozza fil-Gżira

aċċident mutur San Ġiljan

Żewġ persuni sofrew minn ġrieħi ħfief wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Gżira.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Rue d’Argens.

L-inċident seħħ bejn karozza misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena mis-Swieqi u mutur misjuq minn raġel ta’ 40 sena minn San Ġwann.

Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.