Ħabta bejn mutur u karozza fil-Gżira; raġel gravi

Malta Police Force

Raġel li kien passiġġier fuq mutur spiċċa ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am fi Triq ix-Xatt. Il-ħabta seħħet bejn mutur u karozza. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti Santa Venera. Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel a’ 48 sena residenti Tas-Sliema.

Passiġġier fuq il-mutur kien hemm ir-raġel ta’ nazzjonalità Kolombjana li għandu 24 sena u residenti Tas-Sliema.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u lill-passiġġier. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’amblunaza. Aktar tard ħareġ li s-sewwieq tal-mutur indarab ħafif, filwaqt li l-passiġġier sofra ġrieħi gravi.