Ħabta bejn mutur u karozza fil-Furjana

Mara ta’ 38 sena mill-Ħamrun sofriet ġrieħi ħfief wara ħabta bejn mutur u karozza.
L-inċident seħħ fis-1.15pm fi Triq Sa Maison, il-Furjana.
Il-karozza kienet misjqua minn raġel ta’ 29 sena mill-Ħamrun.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-mara ma kellhiex ġrieħi gravi hekk kif qamet weħidha u telgħet l-ambulanza waħedha wkoll.
Ritratt: Ian Noel Pace (Arkivji)