Aġġornata: Ħabta bejn mutur u karozza fi Triq is-Salini

Triq is-Salini San Pawl il-Baħar spiċċat staġnata bit-traffiku wara inċident li kien jinvolvi ħabta bejn mutur u karozza.
Fuq il-post marru l-pulizija biex jidderiġu t-traffiku li nġabar u ambulanza.
Hu mifhum li l-mutur tat-tip KTM laqat karozza tat-tip Fiat Uno u wara baqa' dieħel f'karozza oħra, Hyundai Getz.
Is-sewwieq sofra ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Ritratt: Maltese Road and Traffic Updates