Ħabta bejn mutur u karozza f’Ħ’Attard

CMRU

F’Ħ’Attard seħħet ħabta bejn mutur u karozza. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fl-4.10pm fi Triq in-Nutar Zarb.

Kelliem għall-pulizija qal li l-persuna li kienet qed issuq il-karozza għandha 64 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ma sofriet l-ebda ġrieħi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 48 sena residenti Ħ’Attard ittieħed l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.