Aġġornata: Ħabta bejn mutur u karozza f’Ħal Qormi

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Bormla weġġa’ ħafif meta kien involut f’ħabta bejn il-mutur tiegħu u karozza f’Ħal Qormi.

Kelliema għall-Pulizija spjegat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq il-Kanun fil-10.45am.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena mill-Fgura.

Skont il-kelliema għall-Pulizija, il-persuni involuti fl-inċident sofrew minn ġrieħi ħfief.