Ħabta bejn mutur u karozza f’Ħal Għaxaq; mara l-isptar

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta ma’ mutur bil-karozza tagħha f’Ħal Għaxaq.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-7.15am fi Triq Dawret Ħal Għaxaq.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 27 sena minn Birżebbuġa, filwaqt li l-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti Paola.

Il-Pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li l-mara sofriet minn ġrieħi ħfief