Ħabta bejn mutur u karozza f’Għawdex; mara gravi

Mara ta’ 35 sena weġġgħet gravi meta kienet riekba fuq mutur li kien involut f’ħabta ma’ karozza fix-Xagħra.  L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am f’kantuniera ma’ Triq ta’ Mannar.

Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena mix-Xagħra filwaqt li l-mutur kien misjuq minn Ingliż ta’ 47 sena residenti x-Xagħra wkoll.

Is-sewwieq u l-passiġġiera tal-mutur, it-tnejn Ingliżi, ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.  Is-sewwieq ġarrab ġrieħ ħfief.