Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Għajnsielem

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għajnsielem

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-każ seħħ fi Triq l-Imġarr fis-5.45am. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 42 sena mix-Xagħra, filwaqt li l-karozza kienet qed tiġi misjuqa minn mara ta’ 67 sena minn Għajnsielem.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. It-triq kient ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin.