Aġġornata (2): Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Burmarrad

Raġel ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li ħabat ma’ karozza f’Burmarrad.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-5.45 pm fi Triq Burmarrad. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 73 sena mill-Mosta. Dan tal-aħħar ma weġġax.