Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ bil-mutur f’Birżebbuġa

Mutur karozzi accident msida marina
Arkivji

Raġel ta’ 53 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ karozza waqt li kien qed isuq il-mutur fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa.

Dan ikkonfermah ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Pulizija li spjega li l-ħabta seħħet fis-2.20pm.

Fi stqarrija aktar tard, il-Pulizija qalu li r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.

Inħatret inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Dr S. Grech.